Welcome to Malta Dockers Union


Il-Malta Dockers Union (MDU) twaqqfet nhar it-Tlieta 5 ta’ Settembru 2006 minn 312 il-Haddiem Licenzjat tax-Xatt. Din il-Union se tigbor fiha l-haddiema kollha li jaqilghu l-ghexien taghhom mill-portijiet ta’ Malta u Ghawdex hu liema hu x-xoghol taghhom.

Il-membri fundaturi tal-Union huma t-312 il-Haddiem Licenzjat tax-Xatt li rregistraw il-Malta Dockers Union ghand id-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi fil-5 ta’ Settembru 2006.

L-MDU se tkun komposta minn sezzjonijiet rapprezentattivi ta’ haddiema li jahdmu fil-portijiet li se jkollhom d-dritt li huma stess jirregolaw il-kwistjonijiet tax-xoghol li jikkoncernaw lis-sezzjoni taghhom.

L-ghan ewlieni tal-MDU huwa li tirregola r-relazzjonijiet bejn il-haddiema u l-principali u li thares l-impjieg u l-interessi tal-membri taghha.

Fl-Istatut taghha l-Malta Dockers Union qed tiddikjara u tintrabat li tagixxi u tkun hielsa minn kull forma ta’ rbit politiku.