Laqgha bejn il-Malta Dockers Union u l-mexxej Laburista Dr. Joseph Muscat


It-Tlieta, 16 ta’ Ottubru 2012

 

Il-Mexxej  Laburista Dr. Joseph Muscat iddikjara li Gvern Laburista gdid se jkun impenjat li jkompli bit-twettiq  tar-riforma maqbula bejn il-Gvern u l-MDU f’Gunju tal-2007 biex ikompli  jassigura l-postijiet tax-xoghol lill-haddiema tax-xatt.

 

Din  id-dikjarazzjoni saret waqt laqgha li l-Kumitat Ezekuttiv tal-Malta Dockers  Union kellu ma’ Dr. Muscat fic-Centru Nazzjonali Laburista l-Hamrun nhar it-Tlieta 16 ta’ Ottubru 2012. Il-mexxej Laburista qal li m’hemm l-ebda raguni li dak li gie  maqbul fil-ftehim tar-Riforma tal-Portijiet fl-2007 jigi mibdul. Huwa sostna li  l-Partit Laburista huwa kommess li jkompli jahdem fuq dak  il-ftehim.

 

Id-delegazzjoni  tal-MDU kienet immexxija minn Joe Saliba, President tal-Union li sahaq jekk verament u bis-serjeta  rridu tkabbir  ekonomiku li jkun mifrux fuq is-setturi  kollha tax-xoghol f’pajjizna u li minnu jgawdi l-poplu kollu, il-pedament  ewlieni li fuqu rridu nibnu l-futur ta’ pajjizna huwa t-tishih tad-djalogu socjali bejn l-employers, il-unions li  jirrapprezentaw lill-haddiema f’kull settur partikulari tax-xoghol u  l-awtoritajiet pubblici.

 

Joe  Saliba qal li fil-gimghat li ghaddew, il-Malta Dockers Union kienet involuta  f’diversi laqghat  f’pajjizi ewropej  fejn  eluf ta’ haddiema tal-port qed  jitilfu l-ghixien taghhom u pajjizhom jinsab imharbat bi protesti fit-toroq u  strajkijiet kontinwi. Ir-ragunijiet  principali tal-krizijiet prezenti kienu n-nuqqas jew il-falliment  tad- djalogu socjali li wassal biex  diversi gvernijiet hadu mizuri arbitrarji ta’ awsterita’ li minflok ma’ fejqu  l-ekonomija, komplew ikabbru l-qaghad, izidu l-faqar u litteralment jistagnaw  l-ekonomija ta’ pajjizhom.

 

Il-President  tal-MDU sosta li l-Malta Dockers Union hadmet u se tibqa’ tahdem ma’ kulhadd  biex tassigura x-xoghol lill-haddiema tax-xatt.  Bhal ma’ qed tahdem spalla ma spalla ma’ unions ewropej fejn qed noggezzjonaw bil-qawwa kollha kontra kull attentat  mill-Kummissjoni Ewropeja biex tillegizla ligi komuni ghall-portijiet kollha  ewropej.

 

L-MDU  hija konvinta illi din il-proposta jista’ jkollha riperkussjonijiet serji fuq  ix-xoghol tal-haddiema tax-xatt f’pajjizna. Joe Saliba temm jghid illi “filwaqt  li ahna ninsistu fuq tahrig kontinwu ghall-haddiema taghna kif ukoll  dwar efficjenza u serjeta’ fis-servizzi  li naghtu fil-portijiet taghna, ma nisghux naccettaw ligijiet komuni li ma  jghoddux ghall-portijiet taghna.”

 

Min-naha  tieghu Dr. Joseph Muscat weighed li  Gvern Ġdid Laburista ikompli jagħmel il-pressjoni kontra d-Direttiva  tal-Kummissjoni Ewropea, u jaħdem favur il-protezzjoni tal-ħaddiema. “Dan  ngħiduh b’konvinzjoni u konsistenza”, qal Joseph Muscat, li saħaq li din  hija l-pożizzjoni konsistenti tal-Membri Parlamentari Ewropej f’isem  il-Partit Laburista.

 

Prezenti  ghall-laqgha kien hemm ukoll Gino Cauchi, kelliemi ghas-socjeta’ civili u Joe  Sammut, kelliemi ghat-trasport u affarijiet marrittimi.

 

 

Kumitat  Ezekuttiv

Malta  Dockers Union

16/10/12