Il-Haddiema Licenzjati tax-Xatt japprovaw il-Ftehim ta’ Servizz mal-V.G.T.


MALTA DOCKERS  UNION

23/25, Xatt  l-Ghassara tal-Gheneb, Marsa MRS 1912.

News Release

Il-Gimgha, 8 ta’ Gunju  2012

Il-Haddiema  Licenzjati tax-Xatt japprovaw il-Ftehim ta’  Servizz mal-V.G.T.

Il-Haddiema Licenzjati  tax-Xatt approvaw Ftehim ta’ Servizz  (Service Level Agreement) li l-Malta  Dockers Union innegozjat f’isimhom mal-Valletta Gateway Terminals Limited  (VGT).

Dan sar waqt laqgha li  saret il-bierah ghal dawn il-haddiema, fejn wara li l-Ftehim gie spejgat  fid-dettal minn Joe Saliba, President tal-Malta Dockers Union, il-haddiema  approvaw dan il-Ftehim li jorbot liz-zewg nahat ghal hmistax il-sena li  gejjin.

Minbarra titjieb  fil-kundizzjonijiet tax-xoghol, il-haddiema se jibbenefikaw wkoll minn  zieda awtomatika ta’ hamsa fil-mija (5%) fuq it-tariffi kollha kull hames  snin.

Dan il-Ftehim huwa  rizultat tar-Riforma fil-Portijiet li l-Malta Dockers Union iffirmat mal-Gvern  f’Gunju 2007 fejn kien gie stabbilit li l-Union ghandha tinnegozja ftehim ta’  servizz separtat ma’ kull operatur tat-terminals.

Ufficcju  Informazzjoni

Malta Dockers  Union

Tel.  99423480