3 ta’ Dicembru 2008
Fil-Prim’ Awla tal-Qorti Civili
Rikors Guramentat Numru: 64/08 AL
Virtu Ferries Limited [C 11553]
vs
Il-Ministru ghall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni, u l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta u b’digriet tat-13 ta’ Marzu 2008 gew kjamati fil-kawza l-Onorevoli Prim Ministru u l-Avukat Generali
Rikors tal-Malta Dockers’ Union [Reg. Number 287]
Tesponi bir-rispett:
Illi l-esponenti tirrapprezenta l-maggoranza assoluta tal-haddiema licenzjati tax-xatt u tiddefendi l-interessi taghhom.
Illi fir-rikors guramentat taghha, is-socjeta’ Virtu Ferries Limited talbet lil din l-Onorabbli Qorti sabiex tiddikjara illi Virtu Ferries Limited mhiex, taht ir-Regolamenti dwar il-Haddiema tal-Port kif emendati mill-AL 226 ta’ l-2007, obbligata li tqabbad lill-haddiema tax-xatt u/jew lill-Valletta Gateway Terminals Limited [jew operator iehor] fir-rigward ta’ taghbijiet akkumpanjati ta’ ‘l fuq minn ghaxar tunnellati; alternattivament tiddikjara a) illi Regolamenti dwar il-Haddiema tal-Port kif emendati mill-AL 226 ta’ l-2007 huma, in kwantu dawn mhumiex konformi mat-Trattat tal-Komunita’ Ewropea, inapplikabbli; u b) illi l-imposizzjoni tat-tariffi in kwistjoni mill-Valletta Gateway Terminals Limited (jew operator iehor) ma jistghux, in kwantu dawn mhumiex konformi mat-Trattat tal-Komunita’ Ewropea, jigu mposti.
Illi kif qed jigi premess fir-rikors promotur u kif jirrizulta wkoll mil-lista tax-xhieda tas-socjeta’ attrici, din il-kawza tolqot l-interessi tal-haddiema tax-xatt stante li din tirrigwarda l-applikazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Haddiema tal-Port kif emendati mill-AV 226 ta’ l-2007, ix-xoghol taghhom u l-hlasijiet dovuti lilhom.
Ghaldaqstant l-esponenti titlob bir-rispett lil din l-Onorabbli Qorti sabiex tawtorizzaha tintervjeni f’din il-kawza u dan taht kull provvediment xieraq u opportun li joghgobha taghti din l-Onorabbli Qorti.
Avukat George Abela
Konsulent Legali tal-MDU