MDU TAPPELLA LILL-GWU Il-Gimgha, 24 ta’ Lulju 2008


IL-MALTA DOCKERS UNION TAPPELLA LILL-GWU BIEX MA TKOMPLIX

TAGHMEL AKTAR HSARA LILL-HADDIEMA TAX-XATT U LILL-PAJJIZNA

Il-kampanja negattiva u distruttiva li mbarkaw fuqha it-tmexxija tal-GWU fil-konfront tal-Malta Dockers Union u tal-ufficjali taghha biex forsi jirnexxilhom jakkwistaw lura lill-haddiema tax-xatt, qabzet kull limitu ta’ dicenza u etika trejdunjonistika.

Matul dawn l-ahhar granet, il-GWU, bi ksur tal-att dwar id-data protection, uzat informazzjoni personali ta’ haddiema tax-xatt li mhux suppost li ghadha fil-pussess taghha, fejn baghtet ittri personalizzati fir-residenzi privati tal-haddiema kollha tax-xatt. Ma’ dawn l-ittri, li ntbaghtu bil-posta, kien hemm ukoll formoli tas-shubija fil-GWU u self addressed envelopes bil-pustagg imhallas. Dan l-agir min-naha tal-GWU huwa wkoll bi ksur tal-etika trejdunjonistika fejn ma jistax isir poaching fuq membri ta’ union ohra specjalment bil-mod persistenti u qarrieqi kif qed isir mill-GWU fuq il-maggoranza tal-haddiema tax-xatt li huma membri tal-Malta Dockers Union.

Il-Malta Dockers Union hija sodisfatta li minkejja l-irregolaritajiet kollha mwettqa mill-GWU fil-konfront tal-membri tal-MDU kif ukoll t-tixrid ta’ informazzjoni falza u d-dubji li l-GWU qed tipprova tohloq fuq l-operat tal-MDU, il-GWU mhux jirnexxilha tqarraq bil-haddiema tax-xatt u kull attentat min-naha taghha biex terga’ tiehu lura l-maggoranza tal-haddiema qed ifalli bil-kbir.

Minkejja dan, il-MDU hija konxja u preokkupata li din il-kampanja ta’ qerq u gideb mill-GWU, qed tikkawza hsara, tohloq firda u tipprovoka incidenti serji bejn il-haddiema fuq il-post tax-xoghol taghhom. Dan minbarra li din il-kampanja negattiva qed tipperikola l-impjieg ta’ 370 haddiem licenzjat tax-xatt u ta’ aktar minn 186 haddiema ohra prospettivi u awziljari li fil-prezent qed jahdmu bhala tugmaster drivers fuq it-terminals tal-Malta Freeport bis-sahha tal-Ftehim tar-Riforma fil-Port li gie iffirmat bejn il-Gvern u l-MDU fit-30 ta’ Gunju tas-sena l-ohra.

Il-kampanja distruttiva tal-GWU qed tibghat ukoll mesagg hazin u falz ta’ konfuzjoni u skuntettizza inezistenti fost il-haddiema tax-xatt kemm lill-awtoritajiet Maltin kif ukoll lill-Management tal-Malta Freeport li fil-prezent qed jinnegozja r-revizjoni tal-Ftehim Kollettiv mal-Malta Dockers Union. Dawn il-messaggi negattivi min-naha tal-GWU jistghu jirrizultaw f’decizjonijiet drastici min-naha tal-awtoritajiet Maltin u minn operaturi barranin li jkunu ta’ detriment ghall-haddiema kollha tax-xatt u ghall-pajjiz kollu. L-MDU tfakkar li fil-prezent qed isir investiment qawwi mis-CMA / CGM fuq it-terminals tal-Malta Freeport minkejja l-kompettizzjoni harxa li qed jiffaccjaw l-operaturi tat-terminals madwar id-dinja partikularment fl-Ewropa. Dan l-investiment se jkompli jzid ix-xoghol, l-impjiegi u d-dhul finanzjarju lill-haddiema kollha tax-xatt.

Fid-dawl ta’ dan kollu u fl-interess tal-haddiema kollha tax-xatt u ta’ pajjizna, il-Malta Dockers Union tappella lill-GWU biex turi sens ta’ responsabbilta’ u maturita’ fil-konfront tal-haddiema kollha tax-xatt u ta’ pajjizna u minnufih twaqqaf il-kampanja negattiva u distruttiva li mbarkat fuqha matul il-gimghat li ghaddew.

UFFICCJU INFORMAZZJONI

Malta Dockers union