Skema ta’ self minghajr imghax ghall-Haddiema Licenzjati tax-Xatt li jkorru fuq il-post tax-xoghol.


Il-Kumitat Ezekuttiv tal-Malta Dockers Union qed jintroduci skema gdida ghall-haddiema kollha licenzjati tax-xatt li jkorru fuq il-post tax-xoghol.

Din l-iskema hija intiza biex tghin finanzjarjament lil dawk il-haddiema li jkunu korrew fuq xoghol u jdumu aktar minn sitt xhur bl-injury leave.

Il-Union qed tofri facilita’ ta’ self minghajr imghax sa massimu ta’ tnax il-elf euro (€12,000) li jithallsu mill-Union lill-haddiem koncernat f’pagamenti ta’ elf euro (€1000) fix-xahar ghal sena jew kif jigi miftiehem ma’ l-individwu.

Dawn il-flus jigu mhallsa lura mill-haddiema wara li jkunu dahlu ghax-xoghol mill-injury leave b’pagamenti ta’ hames mitt euro (€500) fix-xahar ghal sentejn.

Dan ifisser li dawk il-haddiema li tmisshom l-isfortuna li jkorru fuq il-post ix-xoghol, minbarra l-benefficcji prezenti li jircievu minghand l-insurance u minghand id-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali, issa jistghu jibbenefikaw ukoll minn din l-offerta’ tal-Union li tassigura dhul finanzjarju stabbli sakemm idumu barra mix-xoghol.

Dawk il-haddiema li jridu jibbenefikaw minn din l-iskema huma mitluba biex japplikaw fl-Ufficcju tal-Malta Dockers Union il-Marsa. L-implimentazzjoni ta’ din l-iskema hija fid-deskrizzjoni assoluta tal-Union u kull haddiem li jibbenefika minn din l-iskema jrid jintrabat b’kuntratt legali mal-Malta Dockers Union.

Joe Saliba

President

Twegiba lill-Orizzont

12 ta’ Awwissu 2008