FAQ


Min Hija IDC

L-IDC hija iffurmata kif gej :

Assemblea Generali li hija komposta minn rapprezentazzjoni ta’ membri ta’ organizazzjonijiet u unions tal-haddiema fil-portijiet li tiltaqa’ darba kull sentejn.

Assemblea’ taz-zona tigi mlaqqa’ fiz-zona tad-delegati tal-organizazzjonijiet li huma membri fl-IDC sabiex tiddiskuti sitwazzjonijiet tal-haddiema tal-portijiet kif ukoll tidibatti u tiddiskuti dokumenti li jkunu ghadhom kif ghaddew mill-Assemblea Generali jew mill-Kummisjjoni Permanenti, kif ukoll teleggi kordinatur ta’ dik iz-zona sabiex jikkordina id-disputi regjonali u l-involviment tal-IDC fihom.

HIDMA TAL-IDC :

Il-hidma kontinwa tal-IDC fix-xena internazzjonali irnexxielha tasal ghar-rizultati impressjonanti favur il-haddiema tal-portijiet, ewlenija fosthom kienet l-kampanja kontra l-Nordana Shipping Company fil-port ta’ Charleston fl-Istati Uniti fejn haddiema li kienu ntbghatu l-habs biex jiddefendu x-xoghol taghhom gew mehlusa wara pressjoni kbira mill-IDC.

L-IDC kienet involuta bis-shih fil-glieda kontra l-abbozz ta’Ligi li l-Kummissjoni Ewropea kienet qed tippjana li tadotta biex tilliberalizza is-settur tal-portijiet fil-pajjizi membri tal-Unjoni Ewropea.

Il-pozizzjoni iebsa li l-IDC kienet hadet kontra l-President tal-port Spanjol ta’ Gijon li ried jipprivatizza wiehed mit-terminals tal-port b’haddiema minghjar licenzja portwarja wasslet biex f’Mejju tal-2005 intlahaq ftehim fejn il-haddiema li kienu strajkjaw biex jipprotegu x-xoghol taghhom regghu lura ghax-xoghol fil-terminals fejn kienu jahdmu qabel ma nqalet il-kwistjoni.

Wara li l-Awtorita’ tal-Port ta’ Singapore fethet attakk kontra r-regolamenti li jirregolaw ix-xoghol tal-haddiema tal-portijiet, fejn riedet li titrasferixxi ix-xoghol mill-portijiet Portugizi ghal port ta’ Sines, 80 kilometru fin-nofs-in-nhar ta’ Lisbona, l-IDC hadet pozizzjoni iebsa kontra din il-kompetizzjoni ingusta permezz ta’ protesti u strikes sakemm irnexxielha tinnegozja ftehim

fejn gew protetti l-impjiegi kollha u x-xoghol tal-haddiema kif ukoll sar titjieb kbir fil-kundizzjonijiet tax-xoghol taghhom.

Alfred Mifsud

Kordinatur tal-Laqgha tal-IDC f’Malta