Statut Malta Dockers Union
ISEM TAL-UNION
01. L-isem ufficjali ta’ din il-Union huwa Malta Dockers Union (MDU) u l-indirizz ufficjali taghha
huwa 23/25, Xatt l-Ghassara ta’ l-Gheneb, Marsa. HMR 12.
FUNDATURI
02. Il-membri imnizzla f’Appendici “A” ta’ dan l-Istatut ghandhom jitqiesu bhala l-membri
fundaturi ta’ din il-Union.
GHAN EWLIENI
03. L-ghan ewlieni tal-Malta Dockers Union huwa li tirregola r-relazzjonijiet bejn il-haddiema
membri taghha u l-principali u / jew assocjazzjoni ta’ principali.
GHANIJIET OHRA
04. Li thares l-interessi tal-imsiehba taghha, itejjeb il-kundizzjonijiet tal-impjieg taghhom u tas-
servizz li huma jipprovdu.
05. Li ssostni permezz tal-hidma taghha l-principji ta’ solidarjeta’, ugwaljanza u gustizzja socjali.
06. Li tagixxi dejjem bhala Trade Union hielsa minn kull forma ta’ rbit politiku.
07. Li taghti s-sehem taghha fl-izvilupp ekonomiku socjali u ambjentali tal-pajjiz fil-kuntest illi l-
gid fis-socjeta jinqasam b’mod ekwu.
08. Li l-hidma taghha tiseddaq permezz ta’ hidma internazzjonali.
09. Li thares u tipprottegi s-sahha u s-sigurta’ fuq il-post tax-xoghol u tghin fl-edukazzjoni u t-
tahrig tal-membri taghha.
SHUBIJA
10.Jistghu jissiehbu fil-Malta Dockers Union dawkil-haddiema kollha li huma HaddiemaLicenzjati
tax-Xatt, il-Haddiema tax-XattProspettivi (Casuals) u l-Haddiema Awziljari (on call workers).
11. Dawk li jridu jissiehbu f’din il-Union iridu japplikaw fuq formola preskritta fejn jiddikjaraw li
se josservaw ir-regolamenti kollha tal-Union u jhallsu mizata kif specifikata f’Appendici “B”
liema Appendici jista’ jigi emendat u varjat minn zmien ghal zmien mill-Kumitat Ezekuttiv.
12. Ufficjal jew membru li ma josservax ir-regolamenti tal-Union u / jew l-imgieba tieghu ma
tkunx qed taqbel ma’ l-ghanijiet ta’ din il-Union, jista’ jigi sospiz jew imnehhi mis-shubija wara li
jinghata smiegh xieraq u kull opportunita’ li jiddefendi ruhhu quddiem Bord kompost minn tliet
(3) persuni li jkunu mahtura kif gej : Avukat indipendenti bhala chairman maqbul bejn iz-zewg
nahat, membru nominat mill-Kumitat Ezekuttiv u membru nominat mill-membru koncernat.
Fin-nuqqas ta’ qbil fl-ghazla ta’ l-avukat indipendenti bhala chairman, ikun il-Kumitat Ezekuttiv li
jaghzel avukat indipendenti li ghandu jservi f’din il-kariga. Id-decizjonijiet ta’ dan il-Bord ikunu
finali.
STRUTTURA
13. Din il-Union tkun immexxija mill-Kumitat Ezekuttiv. Il-Kumitat Ezekuttiv ikun kompost minn
President u sitt membri.
14. Il-Vici-President, is-Segretarju u Tezorier jigu mahtura minn fost is-sitt (6) membri eletti.
15. Il-President u l-Kumitat Ezekuttiv tal-Malta Dockers Union ghandhom ikunu maghzula mill-
Haddiema Licenzjati tax-Xatt.
16.Il-President tal-kumitat Ezekuttiv ikun imhallas mill-fond tal-Malta Dockers Union.
17. It-tmexxija generali u t-twettiq tad-decizjonijiet u tal-policy tal-Union kif stabbiliti mill-
Assemblea / Konferenza Generali ikunu f’idejn il-Kumitat Ezekuttiv.
SEZZJONIJIET
18. Il-kumitat Ezekuttiv jista’johloq sezzjonijiet rapprezentattivi tal-haddiema membri ta’din il-
union li jkollhom id-dritt li huma stess jirregolaw il-kwistjonijiet tax-xoghol li jikkoncernaw lil dik
is-sezzjoni ta’haddiema.
19. Sabiex persuna tkun eligibbli ghal hatra ta’ shop steward jew membru tal-kumitat ta’ xi
sezzjoni li l-kumitat Ezekuttiv jista’ johloq minn zmien ghal zmien, dik il-persuna trid tkun
taghmel parti minn dik is-sezzjoni.
20. Dawn is-sezzjonijiet ghandhom jaghmlu l-Laqghat Generali taghhom kull erba’ (4) snin fejn
jahtru Shop Steward u Kumitat tal-Haddiema minn fost il-membri ta’ dik is-sezzjoni.
21. Is-Shop Steward jiehu hsieb il-kwistjonijiet kollha li jinqalghu fuq ix-xoghol tas-sezzjoni li
jkun jirrapprezenta u skond id-direttivi tal-Kumitat tal-Haddiema tas-sezzjoni tieghu.
22. Il-Kumitati tal-Haddiema ghadhom jiltaqghu mill-inqas darba kull xahar jew aktar spiss fuq
talba tas-Shop Steward jew ta’ hamsin fil-mija u wiehed (50% + 1) tal-membri tal-Kumitat.
ASSEMBLEA / KONFERENZA GENERALI
23. Kull erba’ (4) snin issir l-Assemblea Generali tal-Malta Dockers Union u kull erba’ (4) snin ssir
il-Konferenza Generali tal-Malta Dockers Union. Bejn l-Assemblea Generali u l-Konferenza
Generali jkun hemm perjodu ta’ sentejn. Dan ifisser li l-Assemblea Generali u l-Konferenza
Generali jalternaw bejniethom kull sentejn.
24. Kemm l-Assemblea Generali u kemm il-Konferenza Generali jkunu komposti mill-membri
kollha tal-Malta Dockers Union.
25. Fl-Assemblea / Konferenza Generali isir indirizz mill-President, jitressaq Rapport
Amministrattiv ghas-sentejn li jkunu ghaddew u stqarrija finanzjara riveduta flimkien ma’ Karta Bilancjali mit-Tezorier.
26. Fl-Assemblea / Konferenza Generali jitressqu u jigu diskussi mozzjonijiet imressqa mill-
Kumitat Ezekuttiv, Sezzjonijiet tal-Haddiema u mill-membri tal-Union skond ir-regolamenti
numru 33 u 34 ta’ dan l-istatut.
27. Mhux anqas minn ghoxrin (20) gurnata qabel l-Assemblea Generali, ghandha ssir sejha ghal
mozzjonijiet u emendi ghall-istatut. Mhux anqas minn tletin (30) gurnata qabel l-Assemblea
Generali, ghandhom johorgu nominazzjonijiet u ssir elezzjoni ghal hatra ta’ shop steward tal-
kumitat tal-haddiema licenzjati tax-xatt u sitt membri tal-istess kumitat. Is-shop steward tal-
kumitat tal-haddiema licenzjati tax-xatt u sitt membri tal-istess kumitat ghandhom jinhatru
awtomatikament President u sitt membri tal-kumitat ezekuttiv tal-Malta Dockers Union skont
klawsola 13 u 15 tal-istatut tal-union. Ghandhom johorgu wkoll nominazzjonijiet ghall hatra ta’
zewg awdituri minn fost il-haddiema licenzjati tax-xatt biex jissorveljaw il-kotba u l-kontijiet tal-
MDU. Is-Shop Steward/President ghandu jigi mahtur b’vot separat ta’ aktar minn (50%) hamsin
fil-mija tal-voti mitfugha mill-Haddiema Licenzjati tax-Xatt (50+1) u fil-kaz tal-membri tal-
kumitat ezekuttiv u ta’l-awdituri dawn ghandhom jigu mahtura b’vot separat u b’maggoranza
semplici tal-Haddiema Licenzjati tax-Xatt. F’kaz ta’ kandidatura wahda ghal kariga ta’ President,
dan ghandu jigi elett awtomatikament mid-data tal-Assemblea Generali. F’kaz li aktar minn
persuna wahda tikkontesta ghal kariga ta’ President, il-persuna li ggib l-inqas voti taqa’ u ssir
elezzjoni fl-istess laqgha ta’ l-Assemblea Generali bejn il-kandidati l-ohrajn sakemm jigi elett il-
kandidat li jgib l-akbar numru ta’ voti.
28. Mhux anqas minn ghoxrin (20) il-gurnata qabel l-Assemblea Generali ghandha ssir sejha ghal
mozzjonijiet, emendi ghall-istatut.
29. Is-Segretarju irid jinforma b’cirkulari personalment lill-membri bid-data, il-post, il-hin u l-
agenda tal-Assemblea / Konferenza Generali mhux anqas minn ghoxrin (20) gurnata qabel id-dati taghhom.
30. Kull proponent ta’ kull mozzjoni, emenda ghall-istatut jew nominazzjoni jrid ikollu zewg (2)
sekondanti.
31. Kull mozzjoni fil-kaz ta’ Konferenza Generali u kull mozzjoni, emenda ghall-Istatut, jew
nominazzjoni fil-kaz ta’ Assemblea Generali, ghandhom jaslu ghand is-Segretarju mhux aktar
tard minn ghaxar (10) t’ijiem qabel id-dati taghhom.
32. Mozzjonijiet jigu approvati b’aktar minn hamsin fil-mija (50% ) tal-membri prezenti ghall-
Assemblea / Konferenza Generali.
33.Emendi ghall-istatut jigu approvati biss b’sitta u sittin fil-mija (66%) tal-haddiema licenzjati
tax-xatt prezenti ghall-Assemblea Generali.
34. Il-kworum tal-Assemblea Generali u tal-Konferenza Generali jkun ta’ erbghin fil-mija (40%)
tal-membri. Jekk il-kworum ma jintlahaqx sa nofs siegha wara l-hin stabbilit, il-President
jaggorna l-laqgha ghal data ohra li trid tissejjah fi zmien 15 il-gurnata. F’kaz li din il-laqgha ma
jintlahaqx il-kworum il-membri prezenti f’din il-laqgha jikkostitwixxi kworum.
35. L-Elezzjonijiet ghal hatra tal-Kumitat Ezekuttiv ghadhom isiru u jitmexxew skond kif jidher
f’Appendici “C” ta’ dan l-Istatut. Tnehhija mill-kariga tal-President u / jew membri tal-Kumitat
Ezekuttiv isiru skond il-provedimenti kif jidhru f’Appendici “C”.
KONFERENZI GENERALI STRAORDINARJI
36. Laqgha Generali Straordinarja tista’ tissejjah mill-Kumitat Ezekuttiv jew fuq talba ta’ mhux
anqas minn hamsin fil-mija (50%) u wiehed (50% + 1) tal-membri tal-Union.
REGISTRU TAL-KONFERENZI
37. Is-Segretarju ghandu jzomm registru li juri d-dettalji kollha tal- Assembleji / Konferenzi
Generali.
LAQGHAT TAL-KUMITAT EZEKUTTIV
38. Il-Kumitat Ezekuttiv jiltaqa’ mill-inqas darba kull xahar jew aktar spiss fuq talba tal-President
jew fuq talba ta’ erba’ (4) membri tal-Kumitat Ezekuttiv.
39. Is-Segretarju irid jinforma lill-membri tal-Kumitat Ezekuttiv bid-data, il-hin, il-post u l-agenda
tal-laqghat tal-Kumitat Ezekuttiv.
40. Is-Segretarju ghandu jzomm il-minuti tal-laqghat tal-Kumitat Ezekuttiv.
41. Il-kworum tal- Kumitat Ezekuttiv jkun ta’ erbghin fil-mija (40%) tal-membri.Dan il-kworum
ma japplikax ghal min ikun imnizzel bhala skuzat. Jekk il-kworum ma jintlahaqx sa nofs siegha
wara l-hin stabbilit, l-laqgha tigi aggornata mill-President ghal data ohra fi zmien 7 t’ijiem. F’kaz
li f’din il-laqgha ma jintlahaqx il-kworum, il-membri prezenti ghal din il-laqgha jikkostitwixxi
kworum.
42. Id-decizjonijiet fil-Kumitat Ezekuttiv jittiehdu b’maggoranza semplici. Il-President tal-kumitat
ezekuttiv ghandu vot originali u “casting vote”.
Finanzi
43. Lamministrazzjoni tal-fondi u l-propjeta’ tal-union hija f’idejn il-kumitat ezikuttiv u dan huwa
awtorizzat li jaghti beneficcji lill-membri ta’ din il-union.
44. It-tezorier ghandu izomm il-kotba tal-finanzi li ghandhom jigu verifikati minn awditur
independent u mill-awdituri mahtura mill-Haddiema Licenzjati tax-Xatt. Ghandha tinghatha
spjegazzjoni kull xahar tad-dhul u l-hrug tal-flus tal-Malta Dockers Union lill-Kumitat Ezekuttiv u
kull sentejn, jew kull meta il-Kumitat jidhirlu li jkun mehtieg, lill-Assemblea/KonferenzaGenerali.
45. Il-kotba u l-lista ta’ l-imsiehba tal-Union ghandhom jinzammu mis-Segretarju tal-Kumitat
Ezekuttiv.
46. Il-kotba u l-ismijiet tal-membri tal-Union ikunu miftuhin ghall-ispezzjoni minn kull persuna li
jkollha interess fil-fondi tal-Union.
Rapprezentanza Legali
47. Ir-rapprezentanza legali u gudizzjarja tkun fdata f’idejn il-President, is-Segretarju u t-
Tezorier tal-Kumitat Ezekuttiv tal-Malta Dockers Union.
48. Ir-rapprezentanza legali u gudizzjarja ghandhom jagixxu skont kif ikun gie deciz qabel mill-
Kumitat Ezekuttiv tal-Malta Dockers Union.
Regolamenti Ohra
49. F’kaz li ser tigi mahlula il-Malta Dockers Union, il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jsejjah
Konferenza Generali Straordinarja mill-aktar fis possibli biex il-membri Haddiema Licenzjati
jiddeciedu x’ghandu jsir mill-proprjeta’ u l-finanzi kollha tal-Malta Dockers Union.
APPENDICI “A”
MEMBRI FUNDATURI
Il-membri fundaturi tal-Malta Dockers Union huma dawk annessi ma’ dan l-Appendici “A”.
APPENDICI “B”
Il-membri jridu jhallsu mizata annwali ta’hamsa u tletin Euro (€35) li tithallas fil-bidu ta’ kull
sena.
APPENDICI “C”
Hatra / Tnehhija mill-kariga tal-President u / jew membri tal-Kumitat Ezekuttiv
• L-elezzjonijiet ghall-President u sitt membri tal-Kumitat Ezekuttiv u zewg awdituri tal-haddiema licenzjati tax-xatt ghandhom isiru kull erba’ (4) snin skond il-proceduri stabbiliti f’ dan l-Istatut.
• Huma biss il-membri li jkunu mhallsa ghal sena (b’lura mid-data li fija jifthu n-nominazzjonijiet) li jkunu eligibbli ghal vot u biex jikkontestaw l-elezzjonijiet ghall-Kumitat tal-Haddiema licenzjati tax-xatt, ghal Kumitat Ezekuttiv u ghal xi kariga ohra fl’MDU.
• Ghandu jinhatar Chairperson u kummissjoni elettorali minn fost il-membri li ma jkunux se jikkontestaw l-elezzjoni biex imexxu l-elezzjoni.
• L-ebda membru li jkun f’union jew assocjazzjoni trejdunjonistika ohra ma jista’ jkun nominat biex jokkupa l-kariga ta’Shop Steward/President jew ta’membru fil-Kumitat Ezekuttiv tal-Malta Dockers Union, jew xi kariga ohra fl’ MDU.
• F’kaz li ufficjal jew membru tal-Kumitat Ezekuttiv jitnehha u / jew itemm il-kariga qabel iz-zmien ghandu minnufih jidhol fil-kariga ir-runner-up li jkun ikkontesta l-Elezzjoni fl-ahhar Assemblea Generali.
• Fin-nuqqas li jkun hemm runner-up, il-Kumitat Ezekuttiv ghandu johrog nomina fi zmien xahar specifikament biex jimtela’ l-post vakant skond il-kaz u skond il-proceduri ta’l-istatut.
• Il-President jew xi membru tal-Kumitat Ezekuttiv jista’ jitnehha mill-kariga b’decizjoni mehuda f’Laqgha Generali Straordinarja msejjha wara talba t’erbghin fil-mija (40%) tal-Haddiema membri Licenzjati tax-Xatt li ghandhom iresqu it-talba lill-Kumnitat Ezekuttiv tal-Malta Dockers Union.Il-persuna koncernata ghandha tinghata smieh xieraq quddiem il-Konferenza.
Appendici (‘D’)
Malta Dockers Union Port Workers Fund
Statut li jirregola l-Malta Dockers Union A/C Port Workers Fund u l-Malta Dockers Union
Reserve Fund.
Isem, Hatra u Kompozizzjoni
1.L-smijiet ta’ dawn il-fondi huma: Malta Dockers Union A/C Port Workers Fund u Malta
Dockers Union Reserve Fund.F’dan il-fund ghandhom jidhlu dawk il-fondi li jithallsu lill-Malta
Dockers Union relattiv ghax-xoghol li jsir minn haddiema prospettivi, awziljarji jew part timers.
2.Il-membri ta’dawn il-fondi huma l-haddiema licenzjati tax-xatt.
3. Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jkun responsabbli mill-amministrazzjoni ta’ dawn il-fondi.Kull
tlett snin ghandha ssir evalwazzjoni tal-ispejjez rikorrenti ghall-amministrazzjoni tal-Malta
Dockers Union.Il-Malta Dockers Union A/C Port Workers Reserve Fund m’ghandux jaqbez is-
somma li tkun tkopri l-ispiza amminsitrattiva ghas-sentejn precedenti. It-tezorier ghandu jmexxi
dawn il-fondi skont proveddiment numru erbgha u erbghin (44) tal-istatut tal-Malta Dockers
Union.
Hatra u Kompozizzjoni tal-Kumitat
4. Il-kumitat ghandu jkun compost mill-membri tal-kumitat ezekuttiv tal-Malta Dockers Union li
jkunu haddiema licenzjati tax-xatt.
5. F’kull votazzjoni il-membri tal-kumitat ghandu jkollhom vot kull wiehed izda f’kaz li l-kumitat
ma jasalx ghal decizjoni maggoritarja, il-President ghandu jkollu l-vot originali u casting vote.
6. Il-kariga ta’ kull membru tal-kumitat tintemm jekk ma jibqax membru fil-kumitat ezekuttiv
tal-Malta Dockers Union. F’dan il-kaz u/jew rizenja mill-kumitat ghandu jinhatar
awtomatikament fil-kumitat dak il-membru tal-kumitat ezekuttiv tal-Malta Dockers Union li
jkun inhatar minflok il-membru li ma jkunx ghadu membru tal-kumitat ezekuttiv.
Dmirijiet u Funzjonijiettal-Kumitat
7. Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jistabbIlixxi liema huma l-ispejjez li ghanhdom ikunu koperti
b’dan il-fond Malta Dockers Union A/C Port Workers Fund u jistabblixxi il-livell ta’ beneficcju li
jaghti lill-Haddiema Licenzjati tax-Xatt.
8. Il-kumitat ghandu d-dmir li jorganizza attivitajiet socjali fil-limitu ta’dawn il-fondi.
9. It-tezorier ghandu jhallas mill-fond tal-Malta Dockers Union A/C Port Workers Fund ghall-
dawk l-ispejjez li jsiru ta’ kuljum kontra kontijiet u ircevuti li jkunu approvati mill-Kumitat
Ezekuttiv tal-Malta Dockers Union.
10. Il-Kumitat ghandu jiltaqa’ regolarment izda mhux inqas minn darba fix-xahar.
Finanzi u Kontijiet
11.M’ghandhom isiru ebda spejjez jekk ma jkunx hemm approvazzjoni mill-Kumitat Ezekuttiv. Il-
Kumitat Ezekuttiv jista’ jistabbilixxi dawk l-ispejjez li jistghu jithallsu qabel jigu approvati mill-
Kumitat.
12. Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jhallas mill-fond tal-Malta Dockers Union A/C Port Workers
Fund dawk l-ispejjez kurrenti sabiex titmexxa u tigi amministrata il-Malta Dockers Union inkluz
il-paga tal-President u/jew is-sostitut tieghu kif ukoll it-telf mill-paga li jista jkun hemm lil xi
membri tal-Kumitat tal-Haddiema Licenzjati tax-Xatt u lil kull min jokkupa xi kariga li
tirraprezenta lill-Haddiema Licenzjati tax-Xatt minhabba laqghat jew impenji jew attivitajiet tal-
Malta Dockers Union. Kull kariga ghandha tkun approvata mill-Kumitat Ezekuttuv jew fl-
Assemblea/Konferenza Generali tal-Malta Dockers Union.
13. Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jhallas mill-fond tal-Malta Dockers Union A/C Port Workers
Fund ghall-attivitajiet socjali li jistghu jkunu organazzati minn zmien ghal zmien ghall-beneficcju
tal-Haddiema Licenzjati tax-Xatt jew dipendenti taghhom u membri ohrajn tal-Mala Dockers
Union jew dipendenti taghhom.
14. Il-Kumitat Ezekuttiv jista’ jhallas mill-Malta Dockers Union A/C Port Workers Fund ghal telf
ta’ flus li jistghu jsoffru l-Haddiema Licenzjati tax-Xatt,meta jkunu fuq azzjoni industrijali li tkun
ordnata jew approvata mill-Kumitat Ezekuttiv tal-Malta Dockers Union.
15. Il-kotba u kontijiet tal-fondi ghandhom ikunu verifikati u awditjati minn persuna u/jew
persuni indipendenti ta’ l-anqas darba kull sena.
16. Ghandu jkun hemm zewg awdituri mahtura mill-laqgha generali minn fost il-haddiema
licenzjati tax-xatt biex jissorveljaw il-kotba u kontijiet tal-fondi kull meta jhossu li huwa
neccessarju, izda mhux anqas minn darba kull sitt (6) xhur.
17. Il-kumitat ghandu jara li r-rapport ta’ l-awditjar ikun accessibbli ghall-membri fejn jistghu
jaraw l-infiq ta’dan il kont.
18. Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jara li tal-inqas tmenin fil-mija (80%) tal-bilanc li jkun fadal wara
li tkun thallset it-taxxa kull sena fil-Malta Dockers Union A/C Port Workers Fund, jitqassam
ugwalment bejn il-Haddiema Licenzjati tax-Xatt. Kull min xi darba jew ohra ibbenefika mit-
tqassim ta’ tmenin fil-mija (80%) jew aktar imsemmi f’dan il-paragrafu ghandu jizgura u
jiggarantixxi li l-Malta Dockers Union dejjem ikollha bizzejjed fondi sabiex hija tkun tista’ tonora
l-obbligi taghha prezenti u futuri b’mod ghaqli.
19. Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jara li l-kumplament tal-bilanc ta’ ghoxrijn fil-mija (20%) jew
anqas li jkun fadal fil-Malta Dockers Union A/C Port Workers Fund, jigu trasferiti fil-Malta
Dockers Union A/C Port Workers Reserve Fund kull sena. Il-flus mitfuha fil-Malta Dockers Union
A/C Port Workers Reserve Fund m’ghandhomx jintmessu jekk ma jkunx hemm cirkostanzi
straordinarji.F’kaz li jigu uzati flus mill-Malta Dockers Union A/C Port Workers Reserve Fund
ghandu jigi assigurat li dawn il-flus jigu rifuzi immedjatament kif ic-cirkostanzi jippermettu.
20. Kull Haddiem Licenzjat tax-Xatt li jirtira bl-eta’ jew jigi medicament boarded-out jiehu
sehem pro-rata.
21. Il-laqgha generali ta’dan il-fond ghanda ssir kull sentejn fil-Konferenza/Assemblea Generali
tal-Malta Dockers Union.
22. Il-Laqgha Generali ta’ dan il-fond ghandha ssir kull sentejn fil-Konferenza/Assemblea Generali tal-Malta Dockers Union.
23. Fil-laqgha generali jitressaq rapport amministrattiv ghas-sentejn li jkunu ghaddew u
stqarrija finanzjara riveduta flimkien ma’ karta bilancjali.
24.Emendi ghal dan l-istatut jigu approvati b’sitta u sittin fil-mija (66%) tal-HaddiemaLicenzjati tax-
Xatt prezenti fil-Laqgha.
Klawsoli Godda
Appendici (‘E’)
1. Il-Kumitat tal-Haddiema Licezjati tax-Xatt u il-Kumitat Ezekuttiv, wara li jinnegozzja ftehim li
jikkoncerna id-drittijiet u/jew id-doveri kif stipolati fil-ligi tal-Haddiema Licenzjati tax-Xatt
ghandu jipprovdi sistema li biha il-Haddiema Licenzjati tax-Xatt ikollhom ic-cans liberu li
jesprimu ruhhom u/jew japprovaw l-imsemmi ftehim f’din il-klawsola. Jekk din il-procedura
ma tigix osservata, il-Haddiema Licenzjati tax-Xatt ma jkunux marbuta b’dan il-ftehim u il-
Kumitat tal-Haddiema Licenzjati tax-Xatt jew il-Kumitat Ezekuttiv m’ghandux jibqa’ jigi
meqjus li kien qed jagixxi b’rapprezentenza tal-Haddiema Licenzjati tax-Xatt.
2. Kull membru tal-Kumitat Ezekuttiv jew kull membru li jkun jokkupa kariga fil-Malta Dockers
Union ghandu jaghti spjegazzjoni tax-xoghol relatat mal-Malta Dockers Union jew mall-
haddiema li jkun jirrapzenta lil Kumitat Ezekuttiv darba (1) fix-xahar. Ghal dan il-ghan
ghandu jinghata rendikont tal-hidma u tal-ispejjez relatati ma’ dik il-hidma, kemm jekk tkun
hidma kollettiva kif ukoll hidma individwali lill-Haddiema Licenzjati tax-Xatt kull tliet (3)
xhur.
3. Il-kuntratti kollha li bihom tkun ser tintrabat il-Malta Dockers Union ghandhom ikunu
approvati mill-Kumitat Ezekuttiv qabel jidhlu fis-sehh.