Ftehim Kollettiv gdid ghall-impjegati tat-Tug Malta. MALTA DOCKERS UNION 23/25, Xatt l-Ghassara tal-Gheneb, Marsa MRS 1912


It-Tlieta, 5 ta’ Settembru 2011

Ftehim Kollettiv gdid ghall-impjegati tat-Tug Malta.

Il-Malta Dockers Union u l-Kumpanija Tug Malta iffirmaw Ftehim Kollettiv gdid li permezz tieghu l-haddiema se jgawdu minn zidiet fil-pagi u minn beneficcji ohra.

Il-Ftehim huwa retroattiv b’sehh mill-1 ta’ Jannar 2010 ghall-perjodu ta’ ghaxar snin sa Dicembru 2019. Fil-Ftehim hemm provdut zieda fis-salarji kull sena kif ukoll zieda fl-allowances li jizdiedu kull tliet snin skont ir-Retail Price Index.

Il-Ftehim gie approvat mill-maggoranza tal-haddiema waqt laqgha generali straordinarja u wara gie ffirmat fl-ufficcju tat-Tug Malta fil-Furjana.

Ghall-kumpanija Tug Malta iffirmaw ic-Chairman John Sullivan u ic-Chief Executive Officer Mario Mizzi. Ghall-Malta Dockers Union iffirmaw il-President Joe Saliba, is-Segretarju Clinton Sammut flimkien ma’ Raymond Azzopardi, Shop Steward tal-Masters, Clinton Galea, Shop Steward tal-Inginiera u Lawrence Grech, Shop Steward tal-bahrin.

Min-naha tal-Union il-ftehim gie negozjat minn Karmenu Vella, Konsulent fir-Relazzjonijiet Industrijali tal-Malta Dockers Union.

Ufficcju Informazzjoni

Malta Dockers Union