IL-MALTA DOCKERS UNION FIL-GRECJA B’APPOGG


MALTA DOCKERS UNION
23/25, Xatt l-Ghassara tal-Gheneb, Marsa
Tel. 99423480

It-Tlieta, 29 ta’ Novembru 2011.

NEWS RELEASE

IL-MALTA DOCKERS UNION FIL-GRECJA B’APPOGG
GHALL-HADDIEMA TAL-PORT TA’ PIREAUS
Delegazzjoni mill-Malta Dockers Union marret il-Grecja fejn attendiet ghal-dimostrazzjoni ta’ protesta kontra l-kumpanija ciniza Cosco li naqqset drastikament l-kundizzjonijiet tax-xoghol u d-dhul finanzjarju tal-haddiema tax-xatt fil-port ta’ Pireaus u qed thaddem haddiema kazwali li mhumiex haddiema registrati tal-port u membri fil-Unions.

Il-Gvern Grieg kien biegh it-terminals tal-port ta’ Pireaus lil kumpanija Cosco wara li faqqet il-krizi finanzjarja fil-Grecja fejn il-pagi tal-haddiema gew imnaqqsa bejn 30 u 35 fil-mija. Dan minbarra zieda u mpozizzjoni ta’ taxxi godda li kkawzaw tbatija kbira fuq il-poplu tal-Grecja.

Sa minn meta l-Cosco dahlet fit-tmexxija tal-port ta’ Pireaus, qed jinghataw ix-xoghol qed jinghata biss lil haddiema li mhumiex membri fi Trade Unions. Il-kumpanija naqqset ukoll is-salarji tal-haddiema u bdiet thaddem sistema ta’ haddiema kazwali li mhumiex haddiema registrati tax-xatt, fejn dawn jigu msejjha ghax-xoghol skont il-volum tax-xoghol u skont kemm jidhlu vapuri fil-port. B’din is-sistema, l-haddiema ma jkunux jafu kemm u meta se jahdmu u kemm se jkun is-salarju taghhom li diga naqas drastikament.

L-International Dockworkers Council (IDC), li maghha hija affiljata l-Malta Dockers Union, ipprotestat bil-qawwa kollha ghal dan l-agir tal-Cosco kemm mal-Gvern Grieg kif ukoll mal-Kummissjoni Ewropeja.

Wara d-dimostrazzjoni ta’ protesta, delegazzjoni mill-IDC, inkluzi r-rapprezentanti tal-MDU, kellhom laqgha mal-President tal-Awtorita’ tal-Port kif ukoll mal-ministru tal-affarijiet marittimi li ghadu kemm inhatar ministru.

Il-ministru weighed lid-delegazzjoni tal-IDC li se johloq makkinarju gdid ta’ djalogu bejn l-awtoritajiet koncernati u l-Unions kif ukoll li se jaghmel hiltu biex issir laqgha urgent mal-kumpanija ciniza Cosco.

Il-Malta Dockers Union se tibqa’ taghti l-appogg shih taghha lill-haddiema tax-xatt fil-Grecja b’kull mezz sakemm Cosco taghti lura d-drittijiet li hadet lill-haddiema u tiggarantilhom dhul finanzjarju dicenti.

F’Gunju tal-2007, il-Malta Dockers Union lahqet ftehim mal-Gvern Malti rigward ir-riforma fil-portijiet fejn gie garantit ix-xoghol ghall-haddiema kollha licenzjati tax-xatt kif ukoll titjib sostanzjali fil-dhul finanzjarju taghhom. Bis-sahha ta’ dak il-ftehim, mat-370 haddiem licenzjat tax-xatt zdiedu 75 impjieg gdid ta’ haddiema prospettivi u awziljari tax-xatt kif ukoll il-fuq minn 200 impjieg ta’ xufiera part-time.