IL-MALTA DOCKERS UNION ISSELLEM LILL-PERIT DUMINKU MINTOFF


News Release

Il-Hamis,  23 ta’ Awwissu 2012

IL-MALTA DOCKERS UNION ISSELLEM LILL-PERIT DUMINKU  MINTOFF

Il-Malta Dockers Union tesprimi s-sobgha taghha u tal-Haddiema  tax-Xatt ghal mewt tal-Perit Duminku Mintoff, ex-Prim Ministru ta’ Malta u  ex-mexxej tal-Partit Laburista.

Il-Union tirrikonoxxi l-kontribut enormi u l-mizuri kuragguzi li  l-Perit Mintoff implimenta matul il-hajja politika twila tieghu favur  l-interessi ta’ pajjizna, l-akbar fosthom bil-holqien tal-welfare  state li qered il-faqar minn pajjizna u ta’ dinjita’ u hajja dicenti lil  eluf ta’ familji Maltin.

Il-Malta Dockers Union tibqa’ rikonoxxenti ghad-determinazzjoni u  d-dinamizmu li bihom dejjem hadem il-Perit Mintoff biex issahhah l-identita’  nazzjonali ta’ pajjizna u biex wettaq bidliet u riformi kbar li fuqhom inbena  pajjizna kif nafuh illum.

Il-President, il-Kumitat Ezekuttiv, u l-membri  kollha tal-Malta Dockers Union, jixtiequ jwasslu l-kondoljanzi taghhom  lill-familja tal-Perit Mintoff.

UFFICCJU INFORMAZZJONI

MALTA DOCKERS UNION