Laqgha bejn il-Malta Dockers Union u l-Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi


Is-Sibt, 3 ta’ Novembru  2012

 

Laqgha bejn il-Malta Dockers Union u l-Prim Ministru  Dr. Lawrence Gonzi

Il-Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi qal li matul is-sitt snin li  għaddew, il-Malta Dockers Union ħadmet tajjeb u llum hi sieħba importanti għal  pajjiżna u għal ekonomija kif ukoll biex ix-xogħol u l-impjiegi fil-portijiet  taghna, partikularment fil-Malta Freeport kompla jizdied.

Il-Prim Ministru qal dan waqt laqgha li huwa u Dr. Simon Busuttil  MEP,  kellhom mal-Kumitat Ezekuttiv  tal-Malta Dockers Union nhar is-Sibt  3 ta’ Novembru 2012.

Dr. Gonzi sahaq illi il-Gvern huwa impenjat li jkompli jibni fuq  il-ftehim tar-riforma fil-portijiet li kien gie maqbul u iffirmat bejn l-MDU u  l-Gvern f’Gunju tal-2007. Il-Prim Ministru sostna dwar l-importanza li  l-haddiema jkomplu jtejbu l-hiliet taghhom u l-efficjenza fil-portijiet  taghna.  Dan huwa vitali biex  nibqghu kompettitivi u jigi garantit ix-xoghol tal-haddiema  tax-xatt.

Id-delegazzjoni  tal-MDU kienet immexxija minn Joe Saliba, President tal-Union, li qal illi jekk  wiehed kellu jhares lura lejn dawn l-ahhar sitt snin minn meta twaqqfet din  il-Union, u bil-kwiet u fil-kalma jifli l-hidma u r-rizultati li kisbna  fl-interess tal-Haddiema Licenzjati  tax-Xatt u ta’ haddiema ohra li nghaqdu maghna, zgur li jasal ghal konkluzjoni  li dawn ir-rizultati kienu possibbli  ghad-djalogu kontinwu bejn il-Union, il-Gvern u l-operaturi  tat-terminals.

 

Il-President tal-MDU sostna li l-Malta Dockers Union hadmet u se  tibqa’ tahdem ma’ kulhadd biex tassigura x-xoghol lill-haddiema tax-xatt.  Bhal ma’ qed tahdem spalla ma spalla ma’ unions ewropej fejn qed noggezzjonaw bil-qawwa kollha kontra kull attentat  mill-Kummissjoni Ewropeja biex tillegizla ligi komuni ghall-portijiet kollha  ewropej.

L-MDU  hija konvinta illi din il-proposta jista’ jkollha riperkussjonijiet serji fuq  ix-xoghol tal-haddiema tax-xatt f’pajjizna. Joe Saliba qal  illi “filwaqt li ahna ninsistu fuq tahrig kontinwu ghall-haddiema taghna kif  ukoll  dwar efficjenza u serjeta’ fis-servizzi li naghtu fil-portijiet taghna, ma nisghux naccettaw ligijiet  komuni li ma jghoddux ghall-portijiet taghna.”

 

Rigward  it-tahrig ghall-haddiema tax-xatt, Joe Saliba qal illi l-Union tistenna li  l-Gvern jiehu inizjattivi u jghin anke permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropeja,  biex jigi mwaqqaf centru ta’ tahrig ghall-haddiema tax-xatt li jiggarantixxi li  servizzi taghna jibqghu rilevanti fil-kompetizzjoni harxa li qed jiffaccjaw  it-terminals fil-portijiet taghna.

 

Min-naha  tieghu il-Prim Ministru qal li l-Gvern lest li jghin biex jitwaqqaf dan  ic-Centru u talab lil Union biex tressaq il-proposti taghha lil Dr. Simon  Busuttil sabiex jitfassal progett li jkun jikkwalifika wkoll ghal fondi  mill-Unjoni Ewropeja.

 

Dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropeja ghal ligi komuni  ghall-portijiet kollha ewropej, il-Prim Ministru appella lil l-MDU biex tibqa’ f’kuntatt kontinwu mal-membri kollha parlamentari ewropej halli jekk din  il-proposta tigi mressqa quddiem il-Parlament Ewropew, l-MEP’S Maltin ikunu vuci  wahda fl-interess tal-haddiema tax-xatt u ta’ pajjizna.

Kumitat Ezekuttiv

Malta Dockers Union

03/11/12