Sur Editur,
Nirreferi ghar-rapport li gie ippubblikat fil-gurnal “L-Orizzont” ta’ nhar it-Tlieta 15 ta’ Lulju 2008 taht it-titlu “Tkompli l-Intimidazzjoni fuq Shop Steward tal-GWU”.
Il-Malta Dockers Union tichad bil-qawwa kollha li qedgha tintimida jew tinstiga biex jittiehdu passi kriminali kontra s-Shop Steward tal-GWU.
Il-kitba imsemmija fir-rapport tal-gurnal tieghek hija kopja ta’ news release mahruga mill-Malta Dockers Union li ntbaghtet lill-media kollha, inkluz lil “L-Orizzont” fl-10 ta’ Lulju 2008. Kull news release li tohrog l-MDU tigi mwahhla fin-notice boards kollha uzati mill-Union kemm fil-Malta Freeport kif ukoll f’postijiet ohra tax-xoghol fejn jahdmu il-haddiema tax-xatt.
Kontra dak li gie rapurtat mill-gurnal tieghek, imkien f’din in-news release ma hemm xi instigazzjoni biex jittiehdu xi passi kriminali kontra s-Shop Steward tal-GWU.
F’din in-news release gie rapurtat biss il-fatt illi Joe Saliba, President tal-Malta Dockers Union, talab lill-pulizija biex jibdew proceduri kriminali kontra Mario Bondin, membru tal-Kumitat Ezekuttiv tat-Taqsima Marittima u Avjazzjoni tal-GWU u Shop Steward tal-haddiema tax-xatt li huma membri fil-GWU.
Il-President tal-MDU talab lill-pulizija biex jakkuzaw lil Mario Bondin talli fit-30 ta’ Gunju 2008, ghall-hatba tad-9.00 ta’ filghodu u fil-granet u fil-gimghat ta’ qabel, f’diversi postijiet u f’diversi hinijiet fil-gzejjer Maltin, bil-hsieb li jtellef jew inaqqas il-gieh ta’ Joe Saliba, wegghu bi kliem, b’gesti, jew b’xi mod iehor bi ksur tal-Ligijiet ta’ Malta.
Dan huwa il-kontenut kollu li gie miktub fin-news release li kopja taghha giet imwahhla fin-notice boards uzati mill-Malta Dockers Union inkluza fin-notice board tal-Malta Freeport.
Joe Saliba
President
Malta Dockers Union