Il-Malta Dockers Union tisfida lil Charles Agius


minn Joe Saliba, President tal-Malta Dockers Union

Nirreferi ghall-artiklu miktub mis-Sur Charles Agius, Segretarju tat-Taqsima Marittima u Avjazzjoni tal-GWU li gie ppubblikat fil-gurnal “L-Orizzont” ta’ nhar it-Tnejn 11 ta’ Awwissu 2008 taht it-titlu “Ifred u Saltan”.

Matul dawn l-ahhar gimghat, is-Sur Charles Agius ghamel hafna allegazzjonijiet infondati fil-konfront tal-ufficjali tal-Malta Dockers Union f’diversi ittri li baghat lill-haddiema tax-xatt u f’artikli li kiteb fil-gurnal tieghek.

Fl-attentati tieghu biex jipprova joskura u jimmina l-operat tal-ufficjali tal-MDU, fl-artiklu tieghu “Ifred u Saltan”, is-Sur Agius kompla jixhet it-tajn u johloq d-dubji meta allega illi “xi wħud mill-ħaddiema ġew infurmati b’dak li kien se jseħħ bir-riforma tal-port u li sa dakinhar kien għadu mistur. Billi dawn ix-xi wħud mill-ħaddiema kellhom aċċess għal dik l-informazzjoni irtiraw mix-xogħol qabel iż-żmien sabiex posthom jieħduh uliedhom li kellhom dritt jirtu l-post tax-xogol ta’ missierhom, u b’hekk jibbenefikaw mit-tibdil li kien se jsir”.

Fl-artiklu tieghu, s-Segretarju tal-GWU kompla jallega illi “dan fisser li dawk il-ħaddiema tax-Xatt li ma ngħatawx l-informazzjoni ġew meqjusin fi klassi inferjuri u huma destinati li jsofru mill-aġir irresponsabbli ta’ min kien wara l-manuvra li wħud mill-ħaddiema jiġu nfurmati u oħrajn le”.

Qieghed nisfida lis-Sur Charles Agius biex isemmi b’ismu jew b’isimhom lil dawk li skond hu ghaddew xi informazzjoni lil xi haddiema “meta kollox kien ghadu mistur” biex dawn “setghu jibbenefikaw mit-tibdil li kien se jsir”. Nisfida ukoll lis-Sur Agius biex jindika l-persuna li skond hu “kien wara l-manuvra li whud mill-haddiema jigu nfurmati u ohrajn le”

Nistenna li jekk is-Sur Agius huwa persuna serja u kredibbli ghandu jkun specifiku u jindika b’isimhom lil persuni li rrefera ghalihom fl-artiklu tieghu “Ifred u Saltan”.